Bil-Filmat: Il-PN Jitlob Li Ssir Inkjesta Pubblika Dwar Il-Kuntratt Tal-Electrogas
Il-Partit Nazzjonalista Bernard Grech ressaq mozzjoni fil-Parlament biex issir inkjesta pubblika sabiex jiġi investigat il-kuntratt tal-Electrogas.
F’konferenza tal-aħbarijiet, Grech qal li din l-inkjesta trid issir mhux biss fuq l-għoti tal-bini tal-proġett iżda l-operat tagħha wkoll għal 18-il sena.
Qal li jeżistu numru ta’ allegazzjonijiet li jorbu l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia mal-proġett tal-bini tal-powerstation tal-Electrogas.
Qal li l-konsumatur Maltin qed iħallsu prezz iktar għoli għall-kontijiet tad-dawl u l-ilma għax qal li l-Gvern għabbina nixtru mingħand l-Electrogas. Huwa allega minħabba dan il-kuntratt, il-konsumaturi Maltin qegħdin ed inħallsu €91 miljun aktar fis-sena.
Il-Kap Nazzjonalista qal li l-Prim Ministru ma fadallux iktar żmien biex jilgħab għax kien konsulent ewlieni ta’ Joseph Muscat. Qal li l-familji ma jinteressahomx dwar min hu t-tort iżda li ssir ġustizzja magħhom.
Min-naħa tiegħu, id-deputat Nazzjonalista Karol Aquilina qal li b’din il-mozzjoni, il-Prim Ministru qed jiġi ordnat li jaħtar din l-inkjesta fi żmien ħmistax mindu tiġi approvata din il-mozzjoni.
Ara l-mozzjoni hawn: [email protected]_20201014_154943
Ritratt: Facebook/ Bernard Grech