Il-pitturi ta’ Caravaggio kienu qanqlu tilwima bejn il-Gvern u l-Knisja

 Il-pitturi ta’ Caravaggio kienu qanqlu tilwima bejn il-Gvern u l-Knisja

Bħal-lum 25 ta’ Frar tal-1957 kienu waslu minn Ruma fejn kienu rrestawrati, iż-żewġ kwadri tal-Caravaggio li wieħed minnhom huwa l-uniku kwadru ffirmat mill-artist innifsu. Dawn jinsabu fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann.

Mit-tarzna fejn waslu fuq bastiment tar-Royal Navy, kienu ttieħdu fil-Mużew Nazzjonali, ħaġa li qanqlet tilwima bejn il-Gvern u l-Knisja.

Irridu niftakru li l-Ordni ta’ San Ġwann kienu teokrazija jiġiferi; huma kienu kemm il-Gvern innifsu u l-Knisja f’daqqa għaliex kienu reliġjużi. Il-Gvern illum huwa l-gvern u l-Knisja hija istituzzjoni għaliha.

Wara, kienu tpoġġew f’posthom fil-Kon-Katidral ta’ San Ġwann fejn għadhom jitgawdew sal-lum.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com