Biex jgħidulek li rnexxejt trid tkun mort l-Univeristà?
Dari iżjed mil-lum, min kien jattendi l-Università kien jitqies bravu. U kulħadd jistagħġeb bih jew biha “iiii kemm hu bravu, Alla jbierek.”
Imma d-dinja nbidlet. Hawn ħafna nies li għamlu suċċess u ma kinux tajbin daqstant fl-iskola. Mhux kulħadd huwa l-istess. Dawn l-isterjotipi qed jinbidlu imma għadek issib min jirraġuna hekk fejn meta ppreżentat quddiemu b’persuna li qiegħda l-Università, bħal donnu jbiddel il-perspettiva tiegħu fuqha.
Teżisti ħafna l-idea wkoll li min jirnexxi mingħajr skola, kapaċi jaqla’ iżjed flus għaliex ikun ‘business minded’; dawn jissejħu blue collar jobs. Ħaddiema tal-id.
L-oħrajn, jitqiesu white collar jobs, relatati ma’ ħsieb u skola.
Imma anke l-blue collar jobs għandhom il-ħsieb. Dan kollu juri li l-ideoloġiji huma ħżiena. Issib minn kollox, hawn min hu ta’ skola u rnexxa u anke dawk li ma rnexxewx. U hawn min hu mingħajr skola li rnexxa jew ma rnexxhiex.
Jiddependi kemm minnek jekk tirsisti u jekk temmnu biha, ix-xorti.