Iebsa l-kelma ‘skużani’?

 Iebsa l-kelma ‘skużani’?

Irridu nieħdu r-raġun. Imma meta għandna tort? Nammetuh? Nitolbu skuża?

Il-kanzunetta sorry seems to be the hardest word tmur ħafna għal bosta sitwazzjonijiet. Mhux biss fl-imħabba imma fil-ħajja tagħna ta’ kuljum.

Donnu li l-kburija iżjed ma jmur, iżjed tiżdied u bniedem isibha diffiċli mmens biex jammetti żball jew jitlob skuża. Inkella jħossu li tilef. Iħossu li waqqa’ lilu nnifsu.

Mentri mhux hekk. Meta titlob skuża turi irġulija u saħħa li int kapaċi tgħaraf l-iżbalji tiegħek innifsek u timxi ‘l quddiem. Tirbaħ ir-rispett. Forsi veru li jkun hemm sitwazzjonijiet li jduru kontrik, imma min jitlob skuża huwa raġel/mara.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com