Jekk xbajt itlaq!
“Jekk xbajt itlaq.” Ġieli smajnieha din. Tingħadd f’kuntesti differenti. Bejn il-koppji, fuq xi post tax-xogħol, f’xi għaqda jew każin tal-banda u f’ħafna postijiet oħra.
Imma tgħodd ukoll f’okkażjoni. Issib dawk in-nies li jkunu xebgħu waqt festin, ikla jew ħaġa jew oħra. Dlonk jarmaw jeqirdu. Igergru. Itgħomu l-ikel ħażin. Jilmentaw mill-mużika.
Jekk xbajt, itlaq. Tistrieħ int u sserraħ lil ħaddieħor.
Ma hemm xejn ħażin li tagħraf l-istat tiegħek u jekk ma tħossokx komdu xi mkien, bl-edukazzjoni kollha, tqum u tgħid “jien sejra”.