Huma ħa jitkellmu fuq futbol, imma għax issemmi l-passatemp tiegħek isiktuk
Din ukoll oħra minn dik is-sensiela li kienet u għadha tiġri spiss. Fejn bniedem ma jaċċettax id-differenzi ta’ x’jgħoġbu ħaddieħor imma tiegħu, suprem.
Hawn ħafna li jgħixu għall-ballun, xi tim partikolari u dlonk ma’ kull ħsieb, iridu jdaħħlu anke ċajta fuq it-tim favorit tagħhom li qed jagħmel suċċess u l-ieħor li qed ifalli. Imma jekk int tagħmel l-istess u ssemmi festa, tarahom dritt jgħidulek: “U int moħħok fil-festi, koċċ ġenn u sparar.”
Skużi ta. Int tħobb il-futbol, u dik tħobb il-festi. Int tħobb issiefer u l-ieħor iħobb Netflix.
Meta se nitgħallmu naċċettaw li mhux kulħadd bħalna.
Ma niddejqu qatt ngħiduha; mitt bniedem, mitt fehma. Imma trid temminha din! Id-dinja ma ddur ma’ l-ebda individwu.