Liema huwa l-ħin ideali biex tieħu doċċa?

 Liema huwa l-ħin ideali biex tieħu doċċa?

Issib ħafna li jgħidulek “filgħodu malli nqum ħa niġi f’tiegħi”. Issib oħrajn li jgħidulek li filgħodu jkun il-bard u ma hemm xejn isbaħ milli jieħdu doċċa filgħaxija qabel jorqdu ħalli jorqdu friski u komdi.

Hemm dawk li jieħdu doċċa filgħodu u oħra filgħaxija. Għalkemm din qisha hija prattika komuni ħafna fis-sajf, speċjalment bil-klima tagħna li hija sħuna ħafna u mdelka.

Li tieħu doċċa filgħodu ttik l-enerġija meħtieġa għall-jum li jkun ġej. Fiha wkoll il-benefiċċju li tneħħi l-batterji (bacteria) ta’ matul illejl u tas-sodda.

Hemm min jirraġuna li jekk tinħasel darbtejn kuljum, tagħmel ħażin lill-ġilda tiegħek għaliex tneħħi ż-żejt naturali li jkollha.

Imbagħad issib dawk li jinħaslu biss xi darbtejn jew tlieta fil-ġimgħa. U hemm dawk li jġebbdu iżjed u ma jinħaslux. Piff x’intiena!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com