Ilbies ta’ head/earphones fit-tul jikkaġunaw ħsara kbira – aqra dan ħa tkun taf

 Ilbies ta’ head/earphones fit-tul jikkaġunaw ħsara kbira – aqra dan ħa tkun taf

Saret anke moda li titfa’ l-earphones f’widnejk u tħalliehom hemm anke fl-uffiċċju. Sew biex tisma’ l-mużika jew biex tikkomunika t-telefonati li jkollok. Żgħażagħ iħobbu wkoll jilbsuhom għal ħin twil saħansitra biex jilgħabu xi logħba fuq il-playstation jew logħob ieħor anke relatat mal-mobile.

Dan huwa ħażin jekk inti ddewwimhom f’widnejk għal tul ta’ ħin. Li tilbes il-headphones għal siegħa biss jista’ jżid il-batterji f’widnejk b’700 darba.

Dejjem huwa aħjar li tilbes head set sħiħ jekk qed komdu d-dar u anke fl-uffiċċju. Ma hemm xejn ħażin jew li jmur kontra l-moda li tilbes is-sett komplut. Anzi tkun qed tevita ħafna nkwiet fil-futur bla bżonn.

Ħafna nies li jilbsu dawn l-earphones jew headphones fit-tul, jilmentaw minn uġiegħ fit-tanbur ta’ widnejhom.

Dan anke minħabba l-fatt, li b’mod awtomatiku, inti tgħolli l-volum tal-mużika jew ta’ li tkun qed tisma’ biex jew taċċerta li tisma’ sew jew inkella minħabba l-emozzjoni sabiħa li ttik il-mużika qawwija anke f’post differenti milli kieku qed f’ambjent mużikali.

Dejjem aħjar uff milli aħħ. Jekk tinsisti, lesti ruħek għall-konsegwenzi, anke l-fatt li kapaċi tibda tnaqqas fis-smiegħ naturali tiegħek. Ħudu ħsieb!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com