Sar għandna ego ikbar milli suppost?

 Sar għandna ego ikbar milli suppost?

Xi jfisser l-ego kbir? Ego kbir huwa s-sens ta’ kburija u anke superjorità fuq l-oħrajn li persuna jista’ jkollha. Iħossu li huma importanti, uniċi u li għandhom valur kbir.

Min-naħa l-oħra, hemm persuni li jkollhom l-ego tagħhom baxx fejn ma jarawx u ma jgħarfux il-valur tagħhom tant li jwaqqgħu lilhom infushom anke meta ħaddieħor stess ifaħħarhom.

Huwa tajjeb li nkunu nafu lilna nfusna u naraw sa fejn hu l-limitu tagħna. Fhiex aħna kapaċi u fhiex ma nafux daqshekk. Ngħarfu l-kapaċità tagħna u nitgħallmu nżommu postna.

Sfortunatament, irridu namettu li f’pajjiżi żgħar bħal Malta, l-influwenzi fuq xulxin ikunu iżjed effettivi u allura jekk persuna tħossha xi ftit imkabbra jew inkella, tkabbar dak li hi fil-verità, jiġri spiss li nittieħdu u nippruvaw nagħmlu l-istess.

Spiss jinfaqgħu l-bużieqi u nindunaw fejn hu postna. Fil-ħajja tarax kbir. Qis dak li int. Tgħallem u ikber imma mhux bil-kburija.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com