Idejqek ħafna paroli mid-dj’s fuq programmi tar-radju?
Paroli, paroli u paroli. Issib dj’s li ma jkunux jafu jaqtgħu fil-qasir u waqt li tkun bdiet id-diska/kanzunetta, ikunu għadhom qed jippreżentawha bil-konsegwenza li jtellfulek il-bidu tagħħha.
Kemm iddejjaqkom din? Tifrustrakom?
Issib oħrajn li jżelqu xi ċajta li jibqgħu għaddejjin biha tul il-programm kollu.
Bħal ma hemm hekk, hemm dawk li jafu jkunu konċiżi u jużaw il-kliem f’postu. Anke b’ċajt li jnissillek tbissima.
Imma jirrealizzaw dawk li jgħidu ħafna li n-nies ma jkunux qed jieħdu gost?
Taħsbu bħalna? Jew aħna biss ninnutaw hekk?