Mistoqsijiet li għandek issaqsi lill-ġenituri tiegħek qabel ikun tard wisq!!!
Kemm hu sabiħ li jkollna relazzjoni tajba mal-ġenituri tagħna. Nifhmu li hawn min għandu problemi f’dawn ir-relazzjonijiet. Iżda dwar dan, nitkellmu ‘l quddiem. Ejjew nieħdu l-eżempju ta’ tfal li għandhom relazzjoni tajba mal-ġenituri tagħhom.
Kemm nitkellmu sew magħhom u mhux fuq il-bżonnijiet tagħna biss? Dawn għandhom il-bżonnijiet ukolll; mhux biss ta’ saħħa jew qadi, imma anke li jħossuhom maħbuba.
Dawn huma xi eżempji ta’ mistoqsijiet li tajjeb nistaqsuhom qabel ikun tard wisq. Xejn xejn, insiru nafu l-emozzjonijiet tagħhom mill-qrib.
- Meta nkwetajtkom l-iżjed?
- Meta ferraħtkom l-iktar?
- Meta ddispjaċiekom għal xi ħaġa li għamilt jien?
- Meta għentkom l-iżjed?
- Meta għajjejtkom?
- Fhiex tixtiequni ngħinkom?
Kemm huma sbieħ. Il-ġenituri jagħmlu ħafna sagrifiċċji għalina. Hemm dawk li jagħtu kollox kollox għal uliedhom.
Sabiħ li ntuhom il-ħin adewkat. Il-ħin jiswa mitqlu deheb. Aħjar ngħożżuhom qabel ikun tard wisq.