F’liema l-iktar pajjiżi li hemm nies ipejpu? It-tipjip ħażin għas-saħħa
It-tipjip jagħmel ħsara lis-saħħa tal-bniedem. Immur għalkemm min ipejjep jaf dan, xorta waħda jsibha diffiċli biex jieqaf. Jippruvaw inaqqsu imma xorta jkunu miklubin għal sigarett. Stejjer ta’ suċċess nisimgħu bil-bost. Dan huwa ta’ inkoraġġiment għal min jixtieq jieqaf ipejjep.
Sfortunatament, kien hawn żmien meta t-tipjip kien irreklamat bħala xi ħaġa tal-moda u cool. Tant li anke l-pakketti kienu jippruvaw jattiraw lil dak li jkun biex ipejjep.
Maż-żmien daħlet liġi anke f’Malta, biex il-pakkett tas-sigaretti juri xi ħsara jagħmel it-tipjip. Tiftakruhom ir-riklami fuq TVM meta konna żgħar meta kienu jgħidu li t-tipjip joħloq il-qatran fl-istonku?
Hija wkoll sfortuna li ħafna jibdew ipejpu minn żmien l-iskola. Importanti li noqogħdu attenti għaliex dak li tagħmel f’età żgħira, se tbatieh tul ħajtek.
Dawn huma l-pajjiżi fejn fihom hemm l-iżjed nies li jpejpu:
Nauru 52.1%
Kiribati 52%
Tuvalu 48.7%
Myanmar 45.5%
Chile 44.7%
Lebanon 42.6%
Serbia 40.6%
Bangladesh 39.1%
Greece 39.1%
Bulgaria 38.9%
Il-Maltin, huma meqjusa li jpejpu għal 28.6 snin; sena iżjed mill-medja Ewropeja kieku kellek toħroġ kejl.