Tafu kliem Malti li jingħad differenti imma bl-istess tifsira?
Jgħidulek għax aħna tal-Birgu hekk ngħiduha, jew aħna tal-Mosta hekk ngħiduha. Tiskanta! Pajjiż żgħir bi kliem li jingħadd differenti.
Tiġina f’moħħna l-kelma Kanolla – kolonna tal-festa. In-naħa tal-Kottonera jirrefu ħafna għaliha hekk: Kanolla.
Hemm min jgħid ukoll dawlaqt flok dalwaqt. Imma din hija tajba? Jew hija tibdil tal-verżjoni għaliex tkun indrat?
Kemm huma interessanti. Il-kliem jinbidel bl-użu. Tajjeb inkompli ngħarfu s-sabiħ tal-lingwa tagħna, u fejn nistgħu, nużawh kemm nifilħu.