Id-19-il edizzjoni tal-mixja tal-Ġimgħa l-Kbira b’riżq Puttinu Cares … Sejrin?

 Id-19-il edizzjoni tal-mixja tal-Ġimgħa l-Kbira b’riżq Puttinu Cares … Sejrin?

Tħabbret id-19-il edizzjoni tal-Mixja tal-Ġimgħa l-Kbira b’risq Puttinu Cares.

Il-mixja ser isseħħ fil-sigħat bikrin tal-Ġimgħa l-Kbira, 29 ta’ Marzu 2024, u cioe, bejn il-lejl ta’ Ħamis ix-Xirka u l-Ġimgħa l-Kbira.

Din ser tibda mill-Pjazza tal-Mellieħa l-Ħamis f’nofsilejl (sbieħ il-Ġimgħa), u ser tispiċċa l-Fosos tal-Furjana l-Ġimgħa filgħodu.

Id-distanza hija ta’ madwar 17-20 kilometru, u tieħu madwar 4-5 sigħat.

Trasport ser ikun provdut mill-Fosos tal-Furjana dritt għall-Mellieħa qabel il-Mixja, il-Ħamis fit-8.30pm, u wara l-mixja, il-Ġimgħa filgħodu. It-trasport huwa mingħajr hlas. Puttinu Cares m’għandux x’jaqsam ma’ entitajiet oħra li qed jipprovdu trasport bil-ħlas minn lokalitajiet oħra.

Din is-sena qed tkun introdotta sistema ġdida ta’ kif tagħmel online booking u kif tħallas. Permezz ta’ din is-sistema l-ġdida, inti tista’ tagħmel id-donazzjoni tiegħek u tibbukkja t-trasport. Id-donazzjoni hija ta’ €10, iżda tista’ zzid l-ammont ta’ donazzjoni tiegħek minn fuq is-sit inti u tibbukkja.

Għal aktar informazzjoni, ċemplilna fuq 9999 1800, jew ħalli messaġġ fuq il-paġna tagħna fuq Facebook.

Sejrin?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com