Il-fwieħa tevapora mill-flixkun?
Iva, tevapora. Dan jiġri speċjalment jekk ma tgħalaqx il-flixkun jew il-kontenitur tal-fwieħa sew.
Il-flixkun tal-fwieħa għandek tqisu bħal spaceship. Jekk ikun hemm ftuħ, il-kontenut jevapora ‘l barra fl-ispazju. Hekk jiġri lill-fwieħa.
Sħana, ħafna dawl, u arja, jgħaġġlu l-proċess biex fwieħa tevapora.
Jiġri spiss, li nixtru fwieħa li tiswa l-flus u ngħidu bejnha u bejn ruħna, li din se nużawha biss f’okkażjonijiet speċjali ħalli ma tinħeliex malajr. Tmur biex tużaha, u ma ssib xejn.
Aħjar tgawdieha u meta tispiċċa tkun spiċċat. Inkella, ħu paċenzja u għalaqha sew.