Vizzju f’dan iż-żmien li nilbsu qmis biss imbagħad nimirdu
Bħalissa t-temp jibda jittantana li nilbsu lbies ħafif. It-temp jibda joffri ġranet sħan li taħseb li se jaqleb, imbagħad f’daqqa waħda kapaċi taqa’ t-temperatura jew tagħmel ix-xita, u jiksaħ sew.
Dan huwa l-agħar mument biex timbokka xi riħ.
Aħjar uff mill aħħ jgħid il-Malti. Li ġġorr ġakketta miegħek qatt mhu ħażin. It-temp għad fadallu biex jinbidel totalment. Jew almenu, ejja naħsbu hekk. Għax m’għandniex kontroll fuqu mhux hekk?
Li nafu fiċ-ċert huwa li t-temp inbidel. Filli sħana fix-Xitwa u filli xita fis-sajf.
Effetti tas-sħanat mondjali/klima? Hu x’inhu, ħudu ħsieb għax timrad u tispiċċa tqatta’ xi erbat ijiem id-dar.