Min kien Carlo Acutis? Għaliex ġibed tant devozzjoni?
Carlo Acutis, kien żagħżugħ Taljan li miet fl-2006 u kien ibbeatifikat fl-10 t’Ottubru tal-2020 f’Assisi fl-Italja. Kien iħobb il-futbol u l-Ewkaristija. Sar magħruf mad-dinja kollha.
Carlo kien ħa l-aħbar li kellu leukemia. Offra t-tbatijiet tiegħu għall-Papa Benedittu XVI u għall-Knisja fejn tenna dan b’fommu stess: “I offer all the suffering I will have to suffer for the Lord, for the pope, and the Church.”
Ta’ tifel ċkejken, kien jgħid ir-rużarju kulju, iqatta’ sigħat sħaħ quddiem l-Ewkaristija u jitlob lill-ġenituri tiegħu biex joħduh pellegrinaġġi.
Kien jiddefendi lill-vittmi tal-bullying u anke jieħu ħsieb tfal oħra bi bżonnijiet speċjali.
Kien programmer bravu fuq il-kompjuter u ħoloq sit tal-Ewkaristija.
Il-logħba tal-playstation kienet taffaxxinah imma kien jillimita ruħu għal siegħa biss fil-ġimgħa.
Impressjonanti. Dik dixxiplina. Meta miet, il-ġisem tiegħu ma tħassarx.