Li jkollok Masters sar komuni llum? “jgħidulek ‘m’għandek xejn.”

 Li jkollok Masters sar komuni llum? “jgħidulek ‘m’għandek xejn.”

Qabel, li persuna ġġib l-O’levels kien ikun biżżejjed. Maż-żmien, li ġġib l-A levels jew imqar l-ewwel degree.

Imbagħad saret prassi li dak li jkun jidħol għall-Masters. Imma ma waqafnhiex hemm. Tisma’ bosta li bdew id-Dottorat jew il-PHD.

L-istudju huwa sabiħ. Huwa wkoll bżonnjuż; mhux biss għall-individwu imma wkoll għall-għerf tal-pajjiż. Huwa riżors importanti ħafna. Soċjetà li tieqaf taġġorna jew li tieqaf taħseb u toħloq, tistagħġna.

Madanakollu, fis-soċjetà inġenerali, jista’ jkun ukoll li jinħoloq il-ħsieb li meta tgħid jien għandi baċċellerat, jgħidulek ‘m’għandek xejn.’

Dan huwa żball. L-użu tal-kliem kif inpoġġuh kapaċi jnaqqas mill-valur tal-individwu u jġiegħelu jaqta’ qalbu.

Irridu napprezzaw iżjed lil xulxin u fl-aħħar mill-aħħar, ġieli jkun hemm eżempji fejn persuni ma jkollhom verament xejn, anqas O’levels, imma jkunu kapaċi jattwaw, jaħdmu u jwettqu iżjed minn persuna biċ-ċertifikati.

Ħadd mhu għar-rimi.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com