X’tagħmel meta tkun bin-nervi?
Tinfexx jew tinfaqa’ ma’ xi ħadd? Tgiddem dufrejk? Tinfexx fl-ikel u l-ħelu? Tmur torqod ħa tikkalma?
Ħafna huma r-risposti li hemm għall-mistoqsija fit-titlu, imma mhux ħafna nagħmluhom. Aħna lkoll umani u xi kultant, taqbżilna. Hija normali. L-isfortuna hija li ġieli jkun hemm il-konsegwenzi mar-reazzjonijiet tagħna.
L-ewwel pass huwa li nkunu konxji. Iva, dan huwa l-iktar stadju importanti għaliex mhux kulħadd jinduna jew jammetti li sar nervuż.
Minn hemm imbagħad trid tara x’inhu l-kaġun tan-nervożiżmu tiegħek. Ħafna xogħol? Nuqqas ta’ rqad? M’intix f’paċi miegħek innifsek fuq xi kwistjoni partikolari?
Importanti li titkellem miegħek innifsek u taġixxi. Tħallix in-nervi jibdlulek il-karattru tiegħek!