“…verament jiddispjaċini nara anzjani jiġru warajhom u jarrestawhom ġo ħwejjiġhom stess għax jipprattikaw id-delizzju tagħhom” – Christopher Il-Kaboċċ

 “…verament jiddispjaċini nara anzjani jiġru warajhom u jarrestawhom ġo ħwejjiġhom stess għax jipprattikaw id-delizzju tagħhom” – Christopher Il-Kaboċċ

Christopher magħruf bħala l-Kaboċċ, li flimkien ma’ ommu (‘ix-xwejħa’) issa ilhom ituna filmati divertenti b’mod umli fuq il-midja soċjali u li jferrħu ħafna nies, stqarr li jinsab iddispjaċut għal dawn l-anzjani li qed jiġu arrestati u mmultati għax qegħdin jipprattikaw dak id-delizzju li ilhom għexieren ta’ snin jipprattikaw.

Dan b’referenza għal arresti li rajna fuq il-midja ta’ persuni minħabba qbid ta’ għasafar.

“Issa għiduli dawn l-anzjani, għamlu ħajjithom jaħdmu u issa għax pensjonanti u għandhom naqra ħin żejjed, ma jistgħux jieħdu naqra pjaċir anzi minflok, qed jirredikolawhom billi jiġru warajhom u jarrestawhom ġo ħwejjiġhom stess”, stqarr Christopher.

Ikkompara l-fatt li l-barranin jaqbdu ħafna iżjed għasafar u ma jagħmlu xejn.

“Inħoss li ddeludejna lill-ġenerazzjonijiet ta’ qabilna f’kollox. Titkellem m’anzjani titħassarhom fil-veru sens tal-kelma. Jgħidulek ħajti kollha għamiltha l-għalqa u ma nersaqx l’hemm għax jekk ikun hemm u nara teftifa għasafar żgur nerġa’ narma u nonsob u nispiċċa kriminal u arrestat”, temm jgħid Christopher.

Intom x’taħsbu fuq dan li qal?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com