Reġjun Tramuntana b’attività differenti nhar Ħamis ix-Xirka

 Reġjun Tramuntana b’attività differenti nhar Ħamis ix-Xirka

Reġjun Tramuntana se jkun qed jorganizza għall-ewwel darba 𝐁𝐚𝐪𝐠ħ𝐮 𝐬𝐚𝐤𝐞𝐦𝐦 𝐬𝐚𝐥𝐥𝐛𝐮ħ … rappreżentazzjoni ħajja fi Ġnien Millbrae Grove fil-Mosta.

Dan il-ġnien jinsab biswit Tarġa Cap. Tinżel għalih minn ħdejn ir-roundabout iż-żgħira ta’ quddiem il-LIDL.
Il-ħinijiet se jkunu: 6pm, 7pm, 8pm u l-aħħar waħda fid-9pm.

In-Narratur, l-attur bravu Mosti Joe Quattromani se jkun qed joħodna lura fiż-żmien u jqabbel dak li ġara fil-Passjoni ta’ Kristu mal-ħajja tal-lum filwaqt li l-pubbliku jara l-ġrajja sseħħ minn atturi u personaġġi taħt id-direzzjoni ta’ Tiziana Calleja bl-għajnuna ta’ Marvic Camilleri.

“Eċitati li bil-għajnuna tar-Reġjun Tramuntana, qed inkomplu nsaħħu l-kultura u ninċentivaw lil-lokalitajiet tagħna biex inkabbru t-tradizzjonijiet Maltin. Inħeġġiġkom tattendu!”, saħaq il-President tar-Reġjun Tramuntana Clifford Galea.

Attrazzjoni speċjali hija Salib enormi bi projezzjoni 3D fuqu li huwa mixgħul diġà minn issa. Fih għoli madwar 16-il metru.

Nhar Ħamis ix-Xirka 28 ta’ Marzu 2024. Titilfuhiex!

https://youtu.be/DfOh3BMQ9xY

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com