Is-sitt tipi ta’ tfal li ssib kull filgħodu fuq il-vann tal-iskola

 Is-sitt tipi ta’ tfal li ssib kull filgħodu fuq il-vann tal-iskola

Is-sitt tipi ta’ tfal li ssib kull filgħodu fuq il-vann tal-iskola

Ta’ kull filgħodu, it-tfal li jmorru l-iskola bil-vann iqumu max-xemx sabiex jilbsu l-uniformi u jippreparaw ruħhom biex jaqbdu l-vann. Tisma’ l-ġenituri jissieltu biex joħorġuhom mil-friex sħun, jikkonvinċuhom jieklu l-kolazzjon u jilbsu l-uniformi sabiex ma jitilfux il-vann. X’inhuma s-sitt tipi ta’ tfal li ssib ta’ kull filgħodu fuq il-vann tal-iskola?

 

1.It-tfal li jkun għad għandhom in-ngħas u jerġgħu jorqdu fuq il-vann

Sabiex ilaħħqu mad-domanda, il-vannijiet tal-iskola jibdew jaħdmu kmieni kmieni. Dan sabiex ilaħħqu jieħdu lit-tfal kollha responsabbli għalihom l-iskola. Ovvjament, ħafna mit-tfal ikunu għadhom nofshom reqdin malli jitilgħu fuq il-vann u wħud minnhom jerġgħu jieħdu nagħsa oħra sakemm jaslu l-iskola.

 

2.It-tfal li jinsistu li s-seats ta’ wara huma tagħhom

Hemm dawk it-tfal speċifiċi li jħobbu jħossuhom rejjiet u jintefgħulek fuq is-seats ta’ wara fejn ikollhom l-opportunità jaraw dak kollu li jkun għaddej fuq il-vann.

 

3.In-nibxa tal-vann

Fuq kull vann se ssib xi tifel jew tifla nibxa li ma jħallu lil ħadd bi kwiethom, speċjalment lil dawk li jiddeċiedu li jieħdu nagħsa.

 

4.Dawk li x-xufier jgħidilhom ipoġġu bilqiegħda sitt mitt darba

Hemm xi tfal iħobbu jittantaw xortihom u tarahom jippruvaw joqgħodu bilwieqfa waqt li l-vann ikun fit-traffiku. Tant li x-xufier ikollu jirrabja magħhom għal darba darbtejn!

 

5.Dawk li jqumu jkantaw

F’kull vann se ssib lit-tfal li malli jisimgħu xi kanzunetta favorita tagħhom fuq ir-radju, tismagħhom jiftħu ħanġra daqsiex sabiex ikantaw magħha.

 

6.Dawk li qatt ma jitilgħu fil-vann

Iva sewwa smajtu, hemm dawk it-tfal ukoll li minkejja li suppost għadhom post fil-vann, qatt ma jitfaċċaw għax ma jirnexxilhomx iqumu kmieni. Imbagħad tarahom deħlin l-iskola aktar tard wara li jwassluhom il-ġenituri tagħhom.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com