Il-konsegwenzi tal-ġel tax-xagħar
Kif nidhru huwa importanti. Ilkoll nieħdu ħsieb li nidhru mill-aħjar li nistgħu. Il-ġel jibqa’ in voga ħafna max-xagħar, għalkemm illum hawn prodotti oħra bħall-wax li jgħin biex jagħti dehra sabiħa lix-xagħar.
Ħafna huma dawk li jmorru jorqdu wara xi ħarġa u li jħallu l-gel ma’ xagħarhom. Dan huwa ħażin ħafna. Bil-ġel tkun qed tgħalaq il-pori tal-basla tax-xagħar u ma tħalliehomx jieħdu l-arja li jinħtieġilhom.
Tajjeb li qabel torqdu, tlaħalħuh bi ftit ilma, almenu tkun ħallejt il-materjal li jkun fihom il-prodotti tal-ġel.
Użu eċċessiv tal-ġel joħloq il-qoxra.Huwa minnu, li ħafna użu ta’ ġel iwaqqa’ x-xagħar għaliex iraqqaq ix-xagħara.