Il-bidu tal-Emigrazzjoni mill-Maltin – punt storiku li kultant ninsew, nistmerru l-barranin, meta aħna għamilna bħalhom snin ilu!!!

 Il-bidu tal-Emigrazzjoni mill-Maltin – punt storiku li kultant ninsew, nistmerru l-barranin, meta aħna għamilna bħalhom snin ilu!!!

Kemm nisimgħu tgergir “għax kullimkien barranin.” Huwa minnu, li Malta żgħira … dak fatt. Huwa minnu wkoll li artna ma tiflaħx kontinwazzjoni fiż-żieda tan-nies u karozzi għaliex qed tkun stressanti. Imma qatt ma nifhmu kif minħabba dawn il-punti, ikun hemm stmerrija flok diskussjoni.

Irridu niftakru li ħafna kienu l-Maltin u l-Għawdxin li emigraw lejn pajjiżi oħra.

Storikament fl-1947, rapport tal-Gvern kien juri l-istat tal-qgħad f’Malta u l-ħtieġa tal-emigrazzjoni. Ir-rapport qal li n-nies li jaħdmu kienu żdiedu minn qabel il-gwerra u l-qgħad kien qed jiżdied minħabba żieda fil-popolazzjoni li kellha rata għolja ta’ twelid.

Ir-rapport spjega li ma kienx hemm prospetti ta’ emigrazzjoni lejn postijiet tradizzjonali bħall-Afrika ta’ Fuq, iżda kien hemm oħrajn lejn artijiet oħrajn bħall-Awstralja, l-Istati Uniti u r-Renju Unit.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com