Il-kilba li l-ewwel jien, “int stenna … ħlief meta niġi bżonnok!” Realtà?

 Il-kilba li l-ewwel jien, “int stenna … ħlief meta niġi bżonnok!” Realtà?

Il-President ta’ Malta Myriam Spiteri Debono tkellmet ħafna dwar il-greed fl-ewwel diskors li għamlet fil-jum tal-ħatra tagħha fl-4 t’ April 2024.

Dan b’referenza speċjali fuq il-kilba tal-flus li qed twassal għal bosta tipi ta’ nuqqas ta’ rispett u telf tal-valuri.

Aħna nistaqsu: Għadna veru nħobbu lill-proxxmu? Mhux biss fir-rigward tal-flus, li veru hija sitwazzjoni reali u li tinħass, imma f’kollox.

Teżisti prassi li donnu sar hawn ħafna iżjed nies li l-ewwel huma, it-tieni huma u jekk jibqa’ huma. Ikunu jridu jinqdew fil-bżonnijiet tagħhom kull kif, irrispettivament jistgħux, għandhomx dritt jew le. Imma mbagħad meta tiġi fil-bżonn u titlob anke dak li hu ġust, ikollok tistenna u tistenna jekk mhux ukoll tinsa li qed tistenna.

Mhux qed ngħidu fuq dak li hu dritt tiegħek imma anke fuq livell ta’ ħajja ta’ kuljum, għajnuna, sapport … Dan anke meta kontinwament nitkellmu u naraw stqarrijiet fuq il-midja soċjali dwar kemm għandna nirrispettaw lil xulxin, ilmenti li sar hawn nuqqas ta’ dan, egoiżmu u ħafna iżjed.

Għandek tieqaflu persuna li dejjem irid minnek u meta titlob inti, ma jagħtix kasek?

X’taħsbu b’din id-direzzjoni reali tas-soċjetà?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com