8 fatturi interessanti dwar il-Burj Khalifa

 8 fatturi interessanti dwar il-Burj Khalifa

Jekk mortu jew bi ħsiebkom tmorru sa Dubaj, mela wieħed mill-postijiet ikoniċi li żgur smajtu bih huwa l-Burj Khalifa. Huwa biċċa ta’ torri enormi li jiddomina s-sema ta’ Dubaj. Jekk taf għal liema wieħed qed nirreferu, f’dan l-artiklu se nkunu qed ngħidulkom ftit fatturi interessanti dwaru li forsi ma kontx taf!

 

  1. Torri enormi jfisser li kellu bżonn aktar minn riġment sabiex jinbena. Infatti mat-12,000 ħaddiem kien intalab jaħdem fuq din il-binja ikonika.
  2. Fih 830 metru u jiżen daqs 100,000 iljunfant!
  3. Mhux talli kiser ir-rekord tal-aktar torri ogħli fid-dinja iżda għandu wkoll fih l-aktar lift twil fid-dinja.
  4. Il-ponta tal-Burj Khalifa tibqa’ tidher fis-sema minn 95 kilometru ‘l bogħod.
  5. Jekk tixtieq tiekol b’veduta impressjonanti, tista’ żżur ir-restorant bl-isem ta’ At.mosphere li jinsab fil-122 sular, jiġifieri 441 metru ‘l fuq mill-art. Kważi kważi tħossok qed tiekol qalb l-istilel.
  6. Il-Burj Khalifa għandu 26,000 pannella tal-ħġieġ li jitnaddfu kull tliet xhur.
  7. Għal dawk li jħobbu l-arti u l-moda, il-Burj Khalifa huwa mimli b’arti u jospita fih ukoll l-Armani Hotel.
  8. Minkejja li hu daqshekk meraviljuż għandu problema kbira! Dan hekk kif it-torri mhux kollegat mas-sistema tad-drenaġġ ta’ Dubaj. Jekk rajt trakkijiet oranġjo deħlin u ħerġin…tista’ timmaġina xi jkunu qed jagħmlu!

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com