Biex iħobb jiekol l-għaġin David Agius? Jgħidilna fil-VIP Date ġdida ma’ Sander

 Biex iħobb jiekol l-għaġin David Agius? Jgħidilna fil-VIP Date ġdida ma’ Sander

L-episodju li jmiss ta’ VIP Date ta’ Strada Rjali laqqa’ lil ħadd aktar ħlief Sander Agius tad-Danusan u David Agius, kandidat għall-elezzjonijiet tal-Membri Parlamentari Ewropej.

Huma ltaqgħu għand Pizza4u fejn kielu varjetà ta’ ikel filwaqt li raw sensiela ta’ ritratti li ggwidaw il-konverżazzjoni tagħhom sabiex isiru jafu aktar lil xulxin u l-esperjenzi ta’ ħajjithom.

Starter: Platter Malti li jinkludi ħobż bil-kunserva, żebbuġ, bigilla, arjoli, tadam imqadded, zalzett tal-Malti u ġbejniet.

Fost is-suġġetti li tkellmu dwarhom kien hemm ir-radju. David qal li r-radju kien il-mezz li tah il-kuraġġ joħroġ minn qoxorthu. Għall-bidu li fetaħ l-istazzjon tar-radju 101 kien għamel kors mal-BBC u tgħallem ħafna affarijiet. Imbagħad beda jagħmel programm kull nhar ta’ Ħadd bejn l-10am u 12pm. Kien jaqra l-aħbarijiet fuq ir-radju u eventwalment beda jaqrah ukoll fuq it-televixin.

Sander qal li hu qatt ma kien jimmaġinah jaħdem fuq ir-radju. Infatti, meta Ray Azzopardi kien talbu jagħmel programm kien beda billi jirrifjuta. Eventwalment kien għamel programm wieħed u minn hemm beda jħobb ir-radju. Qal li r-radju jagħtik l-istess sentimenti tat-teatru.

Huma komplew billi tkellmu fuq Malta. David qal li bħalissa, hekk kif għaddejja l-kampanja tiegħu għall-elezzjoni tal-MPEs, il-ħin kollu jiġri ma’ Malta u Għawdex. Spjega li għandna bżonn napprezzaw aktar is-sabiħ li għandna. Spjega kif kellu interns Taljani u Franċiżi miegħu li qalulu li f’pajjiżhom m’għandhomx dak li għandna hawn għax diffiċli tiltaqa’ ma’ politikanti u nies importanti kif jiġri f’Malta.

Main Course: Pizza4U u Pizza Marinara

Tkellmu wkoll dwar il-mara ta’ Sander, dan hekk kif David kien preżenti meta Sander iltaqa’ mal-mara tiegħu! Issa ilhom miżżewġin mil-2007.

Jekk wasalt s’hawn probabbli għax mejjet biex tkun taf x’iħobb jitfa’ mal-għaġin David Agius. Ir-risposta għalik tinsab fil-vidjow t’hawn taħt.

Intom lil min tixtiequ li nistiednu bħala parteċipant tal-VIP date li jmiss? Għidulna fil-kummenti! Intant, jekk inti sid ta’ restorant u tixtieq tospita wieħed mill-episodji li jmiss, ikkuntattjana fuq [email protected].

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com