“Il-pariri tiegħi bħala qabla għal nisa li se jkollhom tarbija”

 “Il-pariri tiegħi bħala qabla għal nisa li se jkollhom tarbija”

L-irqad huwa bżonn essenzjali immens għall-bniedem, iżda nafu kemm dan isir diffiċli waqt it-tqala. Sa minn qabel ma tiġi t-tarbija, l-irqad jaf ikun xi ftit jew wisq imkisser.

Ir-raġunijiet wara dan huma diversi bħal meta ż-żaqq tibda tikber, tibda tesperjenza xi ftit ħruq ta’ stonku u jkollok uġigħ u skumdita minħabba tibdil fl-aspetti fiżiċi tal-ġisem. Minbarra l-aspett fiżiku, l-irqad ta’ kwalità jista’ jkun impattat ukoll mill-aspett psikoloġiku, hekk kif il-mara tqila ġieli anke tgħaddi minn iljieli ta’ tħassib li jwassal għal nuqqas ta’ rqad.

Aħna ta’ Strada Rjali tkellimna ma’ qabla mit-tim ta’ Medina Healthcare li għaddiet ftit pariri utli għal dawk in-nisa tqal li jixtiequ jippruvaw ikollhom iljieli ftit aktar komdi.

  1. Waqt it-tqala idealment torqod fuq in-naħa tax-xellug, b’saqajk ftit milwijin. Din hija magħrufa bħala l-aqwa pożizzjoni ta’ rqad għal nisa tqal għax tippermetti li d-demm jiċċirkola aħjar lejn organi maġġuri bħall-qalb, fwied, kliewi u fuq kollox l-uteru. B’hekk il-ġisem iwassal aktar ossiġnu u nutrijenti lejn it-tarbija li qed tikber fil-ġuf.
  2. Evita li torqod fuq dahrek, speċjalment meta l-utru jkun qed jikber u t-tqala tibda tavvanza. Apparti li aktar ma tikber aktar l-irqad f’din il-pożizzjoni jsir skomdu, jaf jikkawża wkoll uġigħ fid-dahar għax titpoġġa pressjoni fuq vina maġġuri (vena cava). Meta din il-vina tkun mgħafusa, ħa tnaqqas l-ammont ta’ demm li jmur għall-organi maġġuri tiegħek kif ukoll lejn it-tarbija li qed tiżviluppa fil-ġuf.
  3. Investi fl-imħadda magħrufa bħala Dream Wizard. Din toffri kumdità kif ukoll sigurtà. Tista’ tintuża f’pożizzjonijiet differenti u toffri sapport tajjeb liż-żaqq li qed tikber kif ukoll lid-dahar. Din l-imħadda tista’ tibqa’ tintuża wkoll wara l-ħlas bħala support tad-dahar waqt l-irqad jew anke bħala support għat-tarbija tiegħek waqt li tkun qed titmagħha. Aktar ‘il quddiem tista’ wkoll tintuża bħala support għat-tarbija biex titgħallem tpoġġi.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com