10 punti li jgħinuk tħejji ruħek għall-eżamijiet u tgħaddi
L-eżamijiet jinsabu wara l-bieb. Qabel it-tgawdija tas-Sajf hemm bżonn daqsxejn ta’ tbatija biex tikkonkludi s-sena akkademika b’wiċċ il-ġid. Ser nissuġġerixxu għaxar punti li jistgħu jgħinuk tipprepara għall-eżamijiet.
- Agħżel metodu – Metodu ta’ studju utli għalik jgħinek tagħraf l-aħjar mod biex titgħallem, torganizza u tqassam il-ġranet tiegħek. M’hemmx metodu universali għax kulħadd uniku. Madanakollu, bi ftit sperimentazzjoni tista’ tiskopri x’jaħdem l-aħjar għalik.
- Tkellem mal-għalliem/a tiegħek – Ibni kuntatt tajjeb mal-għalliema. B’hekk tkun tista’ tistaqsi dwar id-diffikultajiet li jista’ jkollok mingħajr mistħija żejda. Kun ċert mil-liema kotba u sorsi għandek tistudja.
- Aħdem fuq materjal tajjeb – Iġbor n-notes kollha ta’ matul is-sena. Aqbad karta u oħloq mind-web sabiex tniżżel il-punti kruċjali marbuta mas-suġġett. Jekk hemm xi punti li trid tkun tafhom sew, fittex fuq kotba jew sites tajbin sabiex tkun tista’ taqra u telabora iżjed fuqhom. Li kollox ikun miġbur sistematikament flimkien fuq ftit karti jgħinek tiftakar aħjar.
- Titnikkirx – Li tista’ tagħmel illum, tagħmlux għada. Jekk tipposponi jinqgħatalek l-aptit li tistudja. Ħejji pjan realistiku bil-ġranet li fihom ser tkun qed tistudja. Inkludi wkoll is-suġġett li ser tirrevedi. Ħalli wkoll ftit minuti biex tistrieħ.
- Ikkonċentra – Importanti li tkun moħħok hemm. Immotiva ruħek billi taħseb fuq kisbiet pożittivi.
- Ħarreġ il-memorja – Il-memorja ingredjent essenzjali. Hawn min minnu għandu memorja tajba, imma taqtgħux qalbkom, kulħadd jista’ jtejjeb il-livell ta’ memorja minn żmien għal żmien.
- Tkellem mal-oħrajn – Diskussjonijiet dwar xi temi li għandek għall-eżami jgħinuk tidentifika liema argumenti int l-aktar tajjeb fihom u dawk li għad fadallek taħdem fuqhom. Indirettament, ħaddieħor jista’ jtik spunti utli.
- Ikkontrolla l-istress – Affronta l-eżamijiet b’moħħ trankwill. Stress żejjed iġib ħsibijiet negattivi. Tgħallem irilassa u fittex dak li jikkalmak.
- Strieħ sewwa – Il-lejl jgħinek tirkupra l-enerġija li tkun użajt matul il-ġurnata. Orqod minn tal-anqas tmien sigħat kuljum. Żomm rutina anke fl-irqad biex ittejjeb il-memorja.
- Aħdem fuq l-eżami – Iffoka sew biex toħroġ dak li tkun studjajt. Waqt l-eżami qassam l-ħin sew u aqra l-mistoqsijiet iktar minn darba. Ibda mill-mistoqsijiet li int l-aktar kunfidenti fuqhom. Fl-aħħar u mhux l-inqas, ikkalma biex tirrifletti sew.