Artiklu miktub minn Pearl fuq il-ktieb favorit tagħha
Jien Pearl u ktibt dan l-artiklu dwar ktieb li jismu “X’se Jagħmel Joe?”
Joe huwa armel ta’ ‘l fuq minn sittin sena li llum il-ġurnata m’għadux jaħdem. Darba fost l-oħrajn kien qed jaħseb fil-ġnien dwar meta kien żgħir. Dwar kemm kien isuq ir-rota, jgħum u jilgħab il-futbol. Saħansitra kien jieħu sehem anke fil-league tal-futbol. Iżda ż-żmien jgħaddi u ma jistenna lil ħadd. Kiber, iżżewweġ u kellu żewġt itfal. Jiftakar ukoll li ta’ tletin sena kien imur għand ommu mill-Mosta sa San Ġwann. ‘Imma ghaliex illum m’ghadhomx imorru jarawh it-tfal?’ beda jistaqsi bejnu u bejn ruħu. Sfortunatament Joe beda jhewden ukoll li aħjar hekk, għax l-aħħar li marru tawh kedda għax riedu jitfgħuh ġo dar tal-anzjani. ‘Ara jien għadni nieħu ħsieb il-ġnien u noħroġ niltaqa’ ma’ sħabi,’ beda jhewden. Il-moral ta’ din l-istorja huwa li rridu nżuru iktar lil min hu anzjan għax iż-żmien itir u ma jistenna lil ħadd u jiġi żmien li tfittixhom u ma ssibhomx.