Illejla…tribute tal-ABBA waqt il-finali tal-Eurovision!

 Illejla…tribute tal-ABBA waqt il-finali tal-Eurovision!

Illejla, eks rebbieħa tal-Eurovision se jkunu qed jagħmlu prestazzjoni unika sabiex ifakkru lill-grupp tant famuż mad-dinja kollha: ABBA.

Propju din is-sena hija l-50 sena minn meta ABBA rebħu l-Eurovision, l-ewwel rebħa li kienet kisbet l-Iżvezja grazzi għall-kanzunetta Waterloo. Mument storiku għall-iżvezja u għad-dinja kollha. Infatti wara din ir-rebħa tal-1974, il-grupp ABBA ngħata l-possibilità li jdur id-dinja kollha u jkanta din il-kanzunetta u ħafna oħrajn. Insomma…minn hemm kisbu fama internazzjonali u taw spinta wkoll lill-festival inniffsu.

Għalhekk, illejla, qabel ma nsiru nafu kif il-pajjiżi parteċipanti vvutaw u l-kanzunetta rebbieħa għall-2024, Charlotte Perrilli li rebħet il-Eurovision fl-1999, Carola li rebħet fl-1991 u Conchita Wurst li rebħet fl-2014, se jkunu qed ikantaw diski ta’ ABBA u jfakkru s-suċċess li ġabet magħha din ir-rebħa storika għall-Iżvezja.

Iżda apparti dan, ovvjament, se jkun hemm id-diversi pajjiżi li għaddew mis-semi-finali li saru matul din il-ġimgħa. Total ta’ 26 kanzunetta li jirrappreżentaw 26 pajjiż differenti se jkunu qed jieħdu sehem bit-tir li jieħdu dan il-festival magħruf mad-dinja kollha propju fil-pajjiż li qed jirrappreżentaw. Din hija l-ordni li fiha se jkunu qed jikkompetu s-26 pajjiż parteċipant:

  1. L-Iżvezja
  2. L-Ukrajna
  3. Il-Ġermanja
  4. Il-Lussemburgu
  5. L-Iżrael
  6. Il-Litwanja
  7. Spanja
  8. L-Estonja
  9. L-Irlanda
  10. Il-Latvja
  11. Il-Greċja
  12. L-Ingilterra
  13. In-Norveġja
  14. L-Italja
  15. Is-Serbja
  16. Il-Finlandja
  17. Il-Portugall
  18. L-Armenja
  19. Ċipru
  20. L-Iżvizzera
  21. L-Islovenja
  22. Il-Kroazja
  23. Il-Ġorġja
  24. Franza
  25. L-Awstrija

Inti se ssegwih il-Eurovision illejla?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com