Ġieli bgħatt messaġġ lil xi ħadd bi żball u tgħidlu …
“Kemm hu ħelu”, “Xi ġmiel fiha” … oopsssss u tibgħatu direttament lill-persuna!!!
Ommi ma x’mistħija! Jekk ma tagħmilhiex apposta biex taqbad konverżazzjoni u taparsi bgħattu bi żball.
Issa sew! Importanti li tkun taf x’int tagħmel. Mhux kulħadd se jaċċettaha din. Imma forsi tiġik tajba u t-tweġiba tkun: “Jien ħelu, mela int x’int?!”
U mbagħad hemm, awguri. J’Alla l-ġid. Il-midja soċjali u l-whatsapp illum huwa mezz ta’ komunikazzjoni li anqas noħolmu li ngħaddu mingħajru.
Mur għidilhom l-antiki kemm kienu jdumu jifthemu u jtellgħu u jniżżlu biex ikellmu tfajla jew ġuvni. Anke bewsa … ridt eternità sakemm tasal. Illum kollox iżjed mgħaġġel.
Kumdità jew għaġġla li ttellef il-gost kollu? Intom x’taħsbu?