Hemm bżonn niktbu kliem vulgari biex nikkummentaw fuq Facebook?

 Hemm bżonn niktbu kliem vulgari biex nikkummentaw fuq Facebook?

Il-Facebook huwa għodda fejn wieħed jista’ jesprimi ruħu u jgħid dak li jħoss. Isiru diskussjonijiet fuq kollox. Jittellgħu artikli u wieħed jista’ jikkummenta taħthom. Wieħed jista’ jikteb ukoll l-opinjoni tiegħu f’xi grupp li jkun imsieħeb fih.

F’xi gruppi, fosthom fejn jiddiskutu ċertu temi li jkunu xi ftit jaħarqu, fosthom il-futbol u l-politka, il-qiegħa ġieli tisħon xi ftit. U biex inressqu l-argument tagħna, bħal ma nagħmlu fil-ħajja ta’ kuljum, fil-każini jew waqt diskursata mall-ħbieb, irridu insaħħu l-argument tagħna b’xi kelma vulgari. Probbabli naraw dik il-kelma bħala importanti ħafna għall-bażi tal-argument

Meta tkun qed titkellem, forsi tista’ tgħid li ħarbitlek waqt saħna t’argument, imma qabel tagħfas il-buttuna enter jew il-kelma post, suppost tkun qrajt dak li ktibt. U allura jekk ktibtha bi żball tista’ faċilment tneħħiha.

Imma probbabli dan il-kliem ma jinkitbx bi żball. Tant min jiktbu huwa konxju illi dan il-kliem huwa baxx, vulgari jew saħansitra dagħa, illi jkun ċert illi jibdel ittra waħda biss minn kelma u flokha ipoġġu *. Madankollu, il-kelma tiġi tinfthiem xorta, u minkejja li ma tkunx għidtha int, xorta tkun ġegħelt lill-qarrej jgħidha. Jekk nikteb “ Ġanni xa*in “ , xorta tinftiehem li hi “ Ġanni xadin”. L-* hi sempliċi attentat biex tnaqqas milli tidher pastaż.

Biex tagħmel argument, hemm bżonn nużaw il-kliem baxx biex insaħħu l-argument? Ma naħsbux illi min jaqra mhux jitpaxxa bil-kumment/ argument imżejjen?

X’taħseb int? Idejquk dawk il-kummenti mżejna bi kliem baxx? Jew la dawn il-kliem huma parti mil-lingwa mitkellma, mela ma ġara xejn billi niktbuhom?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com