“Għandi l-għarus overprotective wisq! X’se nagħmel?”

 “Għandi l-għarus overprotective wisq! X’se nagħmel?”

Meta persuna tkun overprotective, ġeneralment ikollha aġir forsi xi ftit estrem fejn jidħlu l-maħbubin. Ikunu jridu jistabbilixxu livell ta’ kontroll fuq il-persuna l-oħra. Hemm diversi modi kif persuna turi l-imħabba tagħha lejn ħaddieħor, madanakollu jekk ikun hemm livell għoli ta’ kontroll, wieħed jista’ jwasal sabiex minn imħabba tinbidel għal abbuż emozzjonali għax jibdew joħolqu limiti għall-persuna l-oħra li ħafna drabi ma jkunu raġjonevoli xejn.

X’inhuma s-sinjali li s-sieħeb jew sieħba tiegħek qed ikunu overprotective?

  1. Ma jafdawkx, tant li jkunu jridu jafu dwar kull dettall tal-ġurnata tiegħek, jimmonitoraw il-mowbajl tiegħek, jikkritikaw u jissuspettaw lil sħabek, u jaħsbu li m’intix kapaċi tiddeċiedi għalik inniffsek.
  2. Jippruvaw iqallbulek fil-mowbajl biex jaraw ma’ min qed titkellem u x’qed tagħmel onlajn meta ma tkunx preżenti.
  3. Kulħadd iħoss xi ftit għira ‘l hemm u ‘l hawn, iżda jekk kull darba li tkellem persuna oħra, is-sieħeb jew sieħba jakkużawkx li qed tifflirtja, mela dan huwa sinjal ieħor. Juri biss l-insikurezza ta’ dak li jkun.
  4. Jitrattawk bħal li kieku inti propjetà tagħhom.
  5. Jippruvaw jieħdu deċiżjonijiet għalik u jaħsbu li jafu aktar minnek dwar dak li għandek tiddeċiedi li tagħmel inti f’ħajtek. Iħossuhom intitolati għal kull mument ta’ ħajtek.
  6. Iġiegħeluk tħossok ħażin għax tkun trid tqatta’ ftit ħin ma’ sħabek.
  7. Iwaqqfuk milli tilbes dak li trid tilbes inti.

X’għandek tagħmel jekk is-sieħeb jew sieħba tiegħek huma overprotective?

  1. Ara li jkollok konverżazzjoni magħhom fuq dan is-suġġett.
  2. Ikkrea regoli għar-relazzjoni biex tikkontrolla aġir li jkun ġej mill-għira.
  3. Iżżommx lura milli tesprimi l-imħabba tiegħek.
  4. Introduċihom ma’ sħabek.
  5. Jekk tara li l-aġir tagħhom huwa wisq eżaġerat, tibżax ittemm ir-relazzjoni.

 

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com