Dawn ma jistgħux isiru mal-Familja Rjali! Kontu tafuhom?
Il-Familja Rjali Ingliża hija popolari ferm, anke jekk jgħaddi ħafna żmien. Madanakollu, minkejja li forsi naħsbu li hija xi ħaġa tal-ħolm li tkun membru tagħha, hemm ħafna regoli x’tista’ jew ma tistax tagħmel.
Kontu tafu per eżempju li membru femminili ma tistax tagħmel kulur fuq id-dwiefer? Iridu jużaw kulur newtrali.
Dawn huma fost il-ħafna oħra:
- Il-logħba tal-monopoly ma tintlagħabxmill-membri tal-familja rjali. Dan għaliex jarawha bħala logħba li twassal għal diżgwit.
- Meta jqum bil-wieqfa r-Re, trid tqum miegħu.
- Autographs mhux permessibbli. Ħallieha li din issir imma tista’ tgħid li bdiet mill-Prinċep Harry. Kien hemm min raha bħala umiltà, imma bosta kienu dawk li ma ħadux gost.
- Żewġ eredi tat-tron ma jistgħux isiefru flimkien. Dan biex f’każ ta’ traġedja, il-linja suċċessiva ma tkunx fil-periklu.
- Ma tistax tmisshom. Is-sens li tmiss lil xi ħadd titqies bħala familjarità żejda.
- Lanqas il-familja rjali ma tista’ tmiss lil xulxin. Tgħannieq u li jkunu labranzetta, mhix permessibbli.
- Jintiżnu qabel l-ikla tal-Milied. Dan biex min iservi, iserrħu moħħhom li kielu sew. Tinstema’ tad-daħq imma hija iżjed tradizzjoni.
- Iridu jaċċettaw ir-rigali bilfors. Wara, ir-Re jiddeċiedi hu lil min itiehom jew iżommhomx. Jista’ wkoll jiddeċiedi li jżommhom fil-kollezzjoni rjali.
- Ir-Re ma jistax ipoġġi fuq tron ta’ familja rjali oħra.
- Qabel jiżżewġu l-ulied, dejjem iridu approvazzjoni mir-Re.
Interessanti hux? Imma stressanti wkoll. Għadkom tarawha ħolma li tkun parti mill-familja rjali?