Tafu kif saru l-forom tan-nies midfuna bil-lava f’Pompei?
Żgur li dawn l-istampi ta’ forom ta’ nies, li l-istorja tgħid li ġew ibbalzmati bil-lava tal-vulkan Vessuvju f’Pompei taffaxina ħafna nies.
Ħafna jaħsbu li kienet il-lava stess li ffurmathom imma dan mhux minnu.
Din kienet grazzi għal teknika metikoluża minn Giuseppe Fiorelli lura fl-1867. Ġietu l-idea li bil-ġibs, jimla l-vojt fl-irmied tal-vulan u tal-iġsma.
Grazzi għal hekk, fejn kien hemm l-iġsma, imtlew bil-ġibs u hekk nistgħu naraw sal-lum, il-pożizzjoni li kienu fiha dawn il-bnedmin meta żbroffa l-vulkan u kines kull m’hemm.
Dawn il-forom huma konnessjoni kbira ma’ dan l-avveniment tal-passat anke meta tqis, li fl-istess forma kien hemm veru nies ħajja.
Kos hux?! L-istorja hija sabiħa, anke jekk sfortunatament tfakkar diżgrazzji, għaliex tgħallimna x’ġara u minn xhiex għaddew ta’ qabilna.