Għandek kulur favorit? Ara kif jista’ jiddetermina l-karattru tiegħek!

 Għandek kulur favorit? Ara kif jista’ jiddetermina l-karattru tiegħek!

Ħu mument u staqsi ftit lilek inniffsek, għandi kulur favorit? Filwaqt li forsi taħsibha mistoqsija li jistaqsu lit-tfal fl-iskola, huwa normali li anke meta nikbru jibqa’ jkollna ċertu preferenzi għal xi kulur jew kuluri partikolari. Iżda qatt immaġinajt li din il-preferenza tiegħek tista’ anke tirrifletti t-tip ta’ karattru u personalità li għandek?

X’jiżvela dwarek il-kulur favorit tiegħek?

  1. L-abjad – kulur li ssibu f’mumenti ta’ purita, tjubija, innoċenza u paċi. Jekk dan hu l-kulur favorit tiegħek ifisser li tħobb l-indafa, inti persuna minimalista, tfittex il-paċi u l-pożittività, kif ukoll l-eleganza u l-ordni.
  2. L-aħdar – kulur li kulħadd jixtieq li jarah kullimkien! Assoċjat man-natura u dak kollu li jagħmilha sabiħa. Jekk inti persuna li tħobb dan il-kulur ifisser li inti tħobb in-natura, tħobb tesperjenza t-tkabbir u l-vitalità.
  3. L-aħmar – kulur vibranti u li jgħaddi messaġġ. Jekk tippreferi dan il-kulur inti t-tip ta’ persuna li tħobb tidher, tieħu pjaċir meta l-attenzjoni tkun fuqek, inti persuna awdaċja, assertiva u intensa.
  4. Il-vjola – kulur li ma jistax jeżisti mingħajr ma wieħed iħallat l-aħmar mal-blu! B’hekk huwa assoċjat mal-kreattività u l-maġija. Jekk dan hu l-favorit għalik, mela jgħidu li inti persuna sofistikata, eleganti u unika.
  5. L-oranġjo – kulur li jfakkarna fix-xemx nieżla, ir-Rebbiegħa u n-nar jaqbad. Dawk li jħobbu dan il-kulur huma kkunsidrati bħala persuni li mhux mistħijja, li jilqgħu lil dawk ta’ madwarhom, huma persuni ferħanin u li kapaċi tieħu pjaċir magħhom.
  6. Il-blu – kulur li joħloq sensazzjoni ta’ trankwillità. Min jippreferi l-kulur blu jingħad li huwa persuna li tista’ tiddependi fuqha u ta’ min jafdaha. Dawn il-persuni japprezzaw il-kalma u l-lealtà.
  7. L-isfar – kulur li jlissen tbissima fuq wiċċ kulħadd. Persuna li tħobb dan il-kulur jgħidu li hija persuna pożittiva, li ma tibżax li jarawha n-nies, persuna li tibrilla u li għandha kemm għandha żmien dejjem tħossha żagħżugħa.
  8. Ir-roża – kulur li ssibu faċilment fin-natura. Jekk dan hu l-kulur favorit tiegħek ifisser li inti t-tip ta’ persuna li tħobb l-imħabba, l-affett, l-innoċenza u l-ħlewwa.
Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com