Għax ‘Like’ ‘Like’? Orrajt bro? – Il-kliem li jintuża maż-żmien, jinbidel

 Għax ‘Like’ ‘Like’? Orrajt bro? – Il-kliem li jintuża maż-żmien, jinbidel

“Aw man, x’għandna ras?” Tiftakruh lil Żażu? L-għasfur li kien jagħti pariri biex insuqu sew, ma nixorbux u ħafna iżjed. Kien jintuża u jitkellem bi kliem popolari f’dak iż-żmien (1990’s) u juri t-trend tal-mument.

Illum sirna nużaw iżjed kliem bħal ‘bro’ li hija fil-qasir għal brother. Mhux bilfors tfisser litteralment li dak li jkun qisu ħuk, għaliex tintuża ġieli anke bejn persuni li ltaqgħu l-ewwel darba. Imma dik hija t-trend moderna.

Qed jiġri wkoll li jintużaw ittri li jfissru kelma bħal ‘lol’ – laughing out loud, ‘tyt’ – take your time, ‘brb’ – be right back. Dan ġej mill-fatt li bl-użu tal-midja soċjali u l-whatsapp, nitkellmu iżjed spiss, malajr u fil-qosor biex nifthemu xi rridu ngħidu. Iżda, mhux biss jinkiteb imma anke jkun mitkellem. Din hija interessanti ferm.

Dan il-fenomenu jbiddel ħafna l-kliem mitkellem fil-lingwa; mhux biss dik Maltija imma anke lingwi oħra u f’dik internazzjonali tal-Ingliż.

Kliem ieħor li qed jintuża jikkonsisti f’: like … bħal meta tgħoġbok xi ħaġa u tgħid ‘like’, qisek litteralment inti l-facebook u qed timmarka like biex turi approvazzjoni.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com