Tħossok ħażin li ma twettaqx biżżejjed?
Hija normali li tkun tixtieq tagħmel iżjed fil-ħajja. Imma rridu nidraw ngħidu ‘biżżejjed’. Irridu nitgħallmu ngħidu li għamilna li stajna u napprezzaw lilna nfusna.
Sfortunatament, spiss inħossuna li rridu ntellqu, inlaħħqu mal-oħrajn … dan jista’ jkun ukoll li ġej mill-fatt tal-influwenza qawwija li tibbumbardjana biha l-midja soċjali.
Din il-biża’ li mhux nagħmlu biżżejjed tissejjaħ pandemus. Awtomatikament wieħed jinduna li għalxejn tibża’ minn dan għaliex se tibqa’ tiġri anke jekk int wieħed li tikkompara lilek innifsek ma’ oħrajn. Trid tirrilassa. Trid taċċetta li sa hemm kapaċi tagħmel. Jekk le, int se tbati.