Brian Cini Jagħmel Break ta’ 130 fl-Ewwel Ranking Tournament

 Brian Cini Jagħmel Break ta’ 130 fl-Ewwel Ranking Tournament

Fit-tmiem din il-ġimgħa ġewwa l-akkademja tas-Snooker il-Ħamrun, intgħlabet il-finali ta’ l-ewwel Ranking Tournament ta’ dan l-istaġun organizzat mill-Malta Billiards and Snooker Association.

Din il-finali, li kienet fuq l-aħjar minn 9 frames, intrebħet minn Brian Cini li għeleb lil Aaron Busutill bil-punteġġ ta’ 5 frames kontra 4.  Cini rebaħ l-ewwel żewġ frames 53 – 22 u 83 – 17 iżda tilef it-tielet wieħed 36 – 73.  Huwa rebaħ ir-raba frame 63 – 39 iżda tilef it-tlieta ta’ wara 16-94, 5-78 (53), 30-54.  Cini patta għal dan id-diżappunt fit-tmien frame fejn irnexxilu jagħmel break ta’ 130. Brian Cini kompla għaddej fuq l-istess ritmu fl-aħħar frame fejn rebaħ 105(61)-22.

Ir-referee kien Andrea Aquilina.

Fis-semi finali Brian Cini kien għeleb lil Chris Peplow bil-punteġġ ta’ 4-2, filwaqt li fis-semi finali l-oħra, Aaron Busutill għeleb lil Duncan Bezzina 4-0.

Ritratt: MBSA

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com