Tirringrazzja lil dawk kollha li tawk rigal tat-tieġ b’mod individwali?

 Tirringrazzja lil dawk kollha li tawk rigal tat-tieġ b’mod individwali?

Meta tiżżewweġ, kull persuna mistiedna se tagħtik xi rigal. Ikun kemm ikun dan ir-rigal, wieħed jistaqsi jekk għandux jirringrazzja lil kull persuna b’mod individwali, jew le.

Filwaqt li meta l-mistednin tiegħek iżuruk qabel ma tiżżewweġ biex jgħatuk ir-rigal qabel it-tieġ, tkun diġà għidtilhom grazzi wiċċ imb’wiċċ, ħafna drabi ikun hemm min jgħaddilek ir-rigal tat-tieġ propju dakinhar stess. Dan jinġabar meta jkunu qed jitqassmu s-souvenirs, jew inkella mill-bridesmaid, li ħafna drabi tirringrazzja lil dak li jkun f’isem il-koppja.

Madanakollu, wieħed jistaqsi, hemm bżonn li l-koppja turi l-apprezzament tagħha wkoll wara t-tieġ lill-mistednin kollha li tawha rigal? 

Ħafna drabi, waqt it-tieġ stess il-koppja ddur persuna persuna tirringrazzja lil dak li jkun talli ġie għat-tieġ. Taħsbu li dan huwa biżżejjed jew għandhom jibgħatu messaġġ ta’ ringrazzjament lil kulħadd wara t-tieġ?

Għidulna x’taħsbu fil-kummenti!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com