“M’għandekx tfittex fuq Google dwar is-sintomi tiegħek!” Ara għaliex

 “M’għandekx tfittex fuq Google dwar is-sintomi tiegħek!” Ara għaliex

Meta nħossu xi ħaġa mhux tas-soltu f’ġisimna jew f’saħħitna, l-ewwel ħaġa li nagħmlu fil-maġġorparti tad-drabi hija li nerħulha għal fuq Google u nibdew infittxu dwar is-sintomi li qed inħossu. Din il-ħaġa mhux talli mhix ideali, iżda għandna nevitawha kemm jista’ jkun. 

L-ewwel persuna li għandek titlob il-parir tagħha f’sitwazzjoni bħal din huwa t-tabib tiegħek. Meta titlob il-parir ta’ persuna li għadha kemm invistatek, ir-risposta dwar x’għandek se tkun aktar eżatta. Jekk ma jifhmux eżatt x’għandek se jiggwidawk dwar il-passi li jmiss sabiex isiru t-testijiet neċessarji. 

Iżda jekk minflok tipprova tfittex dwar is-sintomi tiegħek permezz ta’ Google, propju qabel ma titkellem ma’ tabib, tispiċċa timla’ rasek anke meta jaf dak li għandek mhu xejn gravi. Infatti, meta tibda taqra r-riżultati fuq Google, għal kull tip ta’ sintomu li tista’ tħoss issib li jista’ jkollok minn xi ħaġa sempliċi għal mard aktar gravi. Ġeneralment, moħħna jispiċċa jhewdhen fuq il-parti l-aktar gravi u nispiċċaw inkwetati d-doppju, sakemm nitkellmu ma’ tabib.

Allura l-parir tagħna huwa wieħed. Meta tħossukom ma tifilħux jew tiżviluppaw xi ħaġa li mhix tas-soltu, qabel ma tfittxu fuq Google, morru tkellmu ma’ tabib. M’hawnx aħjar minn parir ta’ professjonist.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com