Tiħux mediċini bl-addoċċ meta tkun ma tiflaħx. Anke jekk taf x’għandek!

 Tiħux mediċini bl-addoċċ meta tkun ma tiflaħx. Anke jekk taf x’għandek!

Minn żmien għall-ieħor huwa normali li nimirdu; bl-influwenza l-iżjed komuni. Fix-xitwa dan jiġri spiss imma anke fi staġuni oħra speċjalment meta jaqleb it-temp.

It-tibdil fil-klima qed jaffettwa ħafna ċ-ċiklu tal-istaġuni u għalhekk, sar ikollna mard mifrux matul is-sena, meta mhux soltu mdorrijin bih.

Meta jiġri dan, spiss ikun hawn min ikun tabib tiegħu nnifsu u jaqbad u jieħu mediċina mingħajr ma jara tabib. Minn sempliċiment panadols sa anke mediċina iżjed qawwija għaliex jirraġunaw li ġieli kellhom l-istess u jafu x’se jtiehom it-tabib.

Dan huwa raġunar żbaljat ħafna. Minkejja li s-sintomi kapaċi jkunu l-istess, dak li jkollok forsi jkun jitlob attenzjoni inqas jew iżjed milli taħseb int.

U billi ssejjaħ jew tmur tara tabib għal saħħtek, ħa tagħmel xi ħaġa ħażina? Mhux aħjar inkunu ċerti biex nevitaw problemi futuri?!

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com