Tobgħod is-sħana? Ħaddem moħħok dan is-sajf!
Bla dubju, is-sħana qed inqisu li żdiedet u s-sajf Malti m’għadux ta’ dari. Dan minħabba tibdil fil-klima tant li s-sajf sar iġebbed iżjed u x-xitwa donnha naqset fil-qilla tagħha. Madanakollu, it-temp ma toħodlux kopja. Jingħad spiss, li xorta s-sajf mhux komplut għax biex ikollok ġurnata bix-xita jew imsaħħab ma tridx wisq. L-umdità ma tgħinx anqas. Tidlik u twaħħil u erħielna nitnervżu.
Bla dubju, it-temp ma nistgħux nibdluh aħna fil-mument imma:
- evita li toħroġ fl-agħar ħinijiet tal-qilla tax-xemx jiġifieri bejn is-13.00 u l-16.00
- jekk għandek ac fil-karozza użah.
- iftaħ it-twieqi tad-dar ħalli tgħaddi l-arja.
- evita ħafna lbies ta’ ħwejjeġ li jsaħħnu u jekk possibbli, anke qomos li malli tixxarrab bl-għaraq jeħlu miegħek. Xorta tista’ tkun pulit bi ħwejjeġ differenti flok qomos. Biss jiddependi xi tkun l-okkażjoni u x’titlob il-kodiċi ta’ fejn tkun sejjer.
- neħħi t-twapet mill-kmamar.
- Inħasel darbtejn tal-inqas.
- ixrob ħafna ilma.
- evita ikel sħun bħal sopop u te u kafè.
- qassam il-ħin sew ħalli ma tkunx ġirja kontra l-ħin u l-Bambin jaf kif issir.
- qis li tistrieħ kuljum kif xieraq. Mingħajr din, se timtela iżjed nervi.
- għaqqad il-qadi flimkien ħalli toħroġ darba.
- evita li ssiefer f’postijiet sħan fis-sajf.
Mill-bqija, ikkalma. Kollox jgħaddi … fis-sjaf ingergru bis-sħana u fix-xitwa, bil-kesħa. M’hemmx x’tagħmel.