Għadek tmur tħallas il-kontijiet?

 Għadek tmur tħallas il-kontijiet?

Bħal ma kien fil-passat, sa llum il-ġurnata għadu jkollna nħallsu il-kontijiet tas-servizzi li nirċievu.  Probabbilment l-ammont ta’ kontijiet li nirċievu llum huwa ħafna aktar milli kien ikollna nħallsu fil-passat. Eżempju sas-snin disgħin, ħafna nies kienu jħallsu l-kontijiet bħad-dawl u ilma, telefon u liċenzja tat-televiżjoni

Dawn is-servizzi kollha kellhom il-post speċifiku tagħhom fejn kont trid tmur tħallas. Ovvjament ridt tmur personalment u allura tista’ timmaġina xi kju kien ikun hemm. Imbagħad xi ngħidu għal min kellu l-karozza. Kont trid tmur il-Furjana biex tħallas il-liċenzja

Kjuwijiet li jew kienet tispiċċa tagħmilhom il-mara tad-dar, jew ir-raġel jieħu ġurnata frank. Maż-żmien bdiet dieħla drawwa illi ssib xi pensjonant illi ttih xi lira u jmur hu jħallaslek. Ovvjament ma kienx jieħu tiegħek biss, u kju wieħed jaf kien iqallgħu xi ħames liri.

Aktar tard daħlet is-sistema illi l-aġenti tal-assigurazzjoni iħallsulek il-liċenzja huma ukoll

Illum, apparti l-kontiiet li semmejna żidna il-kont tal-internet. Filwaqt illi għad hawn nies illi għadhom imorru fiżikament iħallsu il-kontijiet, dan naqas sew. Grazzi għal internet, illum hawn ħafna metodi kif wieħed jista’ jħallas kull kont li jista’ jkollu

Ċertu kumpaniji joffru servizz ta’ direct debit. Il-ħlas isir billi l-ammont dovut jinqata’ mill-ewwel mill-kont bankarju tiegħek. Talli tuża servizz bħal dan, ċertu kumpaniji jnaqqsulek ammont żgħir mill-kont li jkollok tħallas.

Tista’ ukoll tħallas jew permezz tal-internet banking jew minn fuq il-websajts tal-kumpaniji stess. Tirċievi l-kont bil-posta ( li ħafna drabi ikollok tħallas aktar tiegħu) jew b’imejl, u tidħol fil-kont bankarju tiegħek biex tħallas l-ammont dovut

Fejn jidħlu self fuq karozzi jew djar, il-bank jorbtok bi standing order, fejn l-istess ammont jinqata’ kull xahar sakemm xi darba tħallas l-ammont misluf kollu, u l-interessi

Metodi differeti, imma kollha jwasslu sabiex int tħallas l-ammont dovut talli użajt servizz. Int kif tippreferi tħallas? Tafda tħallas b’direct debit? Ġieli żammewlek iżżejjed?

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com