Erba’ Maltin kienu ltaqgħu mal-Ġeneral Napuljun Bonaparte…

 Erba’ Maltin kienu ltaqgħu mal-Ġeneral Napuljun Bonaparte…

Fuq il-bastiment Franċiż L’Orient, sorġut barra l-Port il-Kbir, il-Kavallieri tal-Ordni ta’ San Ġwann iffirmaw il-kapitulazzjoni ta’ Malta lill-Franċiżi,

Il-konvenzjoni, kif kien issejjaħ dan il-ftehim, kien fiha tmien artikli.

L-aktar wieħed importanti kien jgħid li l-Franċiżi kellhom jassiguraw lill-Maltin u l-Għawdxin l-eżerċizzju ħieles tar-Reliġjon Kattolika, il-propjetà u l-privileġġi li kellhom.

Għall-Franċiżi iffirma l-Ġeneral Napuljun Bonaparte. L-Ordni kienet rappreżentata mill-Balliju Torino Frisari, mill-Kavallier Kmandant Bosredon Ransijat, li kien is-segretarju tat-Teżor u li kien ħalef li qatt ma jiġġieled kontra sħabu stess, u erba’ Maltin; il-Baruni Mario Testaferrata u l-Avukati Nicola Muscat, Beneditt Schembri u Franġisku Bonanno.

Il-medjazzjoni saret mir-Re ta’ Spanja rapprezentat minn Felipe de Amat li kien ix-Charge D’Affaires ta’ Spanja għal Malta.

Napuljun Bonaparte bagħat jirringrazzja wkoll lill-Isqof Vincenzo Labini għal-laqgħa tajba li kienu ngħataw is-suldati tiegħu meta niżlu f’Malta. Assigurah li r-reliġjon Kattolika mhux biss kienet se tkun rispettata, iżda tingħata anke protezzjoni lis-saċerdoti.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com