Timxi pass ‘il quddiem u mija lura … qatt ġratilkom?

 Timxi pass ‘il quddiem u mija lura … qatt ġratilkom?

Uuuuu normali l-aħwa. Fix-xogħol, fil-ħidma, fil-kura tiegħek innifsek, fit-tindif….

Qatt ġralkom xi ħaġa simili? Eżempju tixtri biċċa għamara ġdida … u tinkisirlek xi ħaġa oħra. Min jaf kemm issemper. Mingħalik qed tibni u żżid u jkollok tonfoq spiża biex terġa’ takkwista dak li nkisirlek.

Tagħmel biċċa xogħol, tħossok kuntent li lestejt … jiġi ta’ fuqek jgħidlek biex terġa’ tagħmilha.

Tibda d-dieta … ġimgħa tajba. Ikollok tieġ u tfotti kollox.

Imma x’tagħmel? Jew titfagħhom warajk u tkompli jew titnerveż u tintelaq. Qum minn hemm u ħudhom bħala esperjenzi … huma x’inhuma l-każijiet. Ħudhom bħala tagħlim li hekk kellu jkun.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com