Għalfejn nidher aħjar fil-mirja tal-gym ?

 Għalfejn nidher aħjar fil-mirja tal-gym ?

Int persuna li tmur b’ mod regolari il-gym jew persuna li xi darba dħalt għal kurżità? Mela żgur innutajt illi fil -gyms ikun hemm ħafna mirja. Mhux biss fit-toilets, imma f’ areas fejn isiru ħafna mill-eżerċizzji

Waħda mir-raġunijiet ovvji illi jtuk għaliex hemm dawk il-mirja kollha, hija li dawk il-mirja qegħdin hemm għall – ġid tiegħek. Waqt li tkun qed tagħmel l-eżerċizzji, li tħares lejn il-mera jgħin sabiex wieħed jinnota jekk il-pożizzjoni tiegħu tkun ħażina. Bħal ma ħafna jafu, importanti li meta wieħed jerfa’ l-weights importanti li jżomm dritt sabiex jevita xi injury. Allura li tħares lejn il-mera jgħin sabiex tirranġa ruħek jekk tinnota li qiegħed terfa’ b’ pożizzjoni ħażina

Il-mirja jgħinu ukoll sabiex ituk boost meta tara l-muskoli qed jikbru. Tieħu pjaċir tħares lejn il-mera u tinnota l-progress li tkun qed tagħmel

Imma ġieli innutajt jew smajt li l-mirja tal-gym jafu ” jqarrqu” u fihom tidher aħjar? Ovvja, mhux f’ kull gym, imma f’ ċertu gyms jista’ jkun illi l-mirja jkollhom dawl u angolu sabiex int tidher aktar mibni jew tidher irqaq.

Skop ieħor tal-mirja hu li juruk il-muskoli kif ikunu dak il-ħin, il-ħin li jkun għadek kemm għamilt l- eżerċizzji fuqhom

Dawn jistgħu ikunu veru , qlajjiet jew perċezzjoni. Bil-mirja jew le, eżerċizzji fil-gym ituk ħafna benefiċċji għal saħħtek, kemm is-saħħa fiżika, kif ukoll dik mentali

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com