Jasal fi tmiemu t-tielet staġun ta’ Bridgerton…x’se nistennew mir-raba wieħed?
Jekk għadek ma rajtx l-aħħar staġun ta’ Bridgerton, mela forsi jaqbillek taqra dan l-artiklu ġurnata oħra! Jekk rajtu u għandek kurżita dwar x’nistgħu nistennew mill-istaġun li jmiss mela kompli aqra’.
It-tielet staġun ta’ Bridgerton, bħat-tnejn ta’ qablu, kien wieħed ta’ intensità kbira, bi storja li tħallik bla nifs. Fl-aħħar rajna lil Colin jirrealizza li anke hu kellu sentimenti speċjali lejn Penelope u ma kinitx hi biss dik li kienet tħoss li l-ħbiberija tagħhom setgħet tkun aktar minn sempliċi ħbiberija. Tgħallimna li xi kultant, l-aħjar tip ta’ mħabba tinbena propju fuq bażi ta’ ħbiberija soda, fejn hemm rispett kbir lejn xulxin. Tgħallimna dwar l-importanza tal-onestà u l-kuraġġ li wieħed kapaċi jsib meta jibda jemmen fih inniffsu u fil-kapaċitajiet tiegħu.
Minkejja kollox, għall-kuntrarju tal-istaġuni ta’ qablu, dan l-istaġun partikolari ta’ ħafna importanza lil stejjer ta’ mħabba sekondarji fil-familja Bridgerton. Stejjer li xi kultant ħallewna nistaqsu lilna nfusna għaliex mhux qed naraw lil Colin u Penelope daqshekk ta’ spiss kif rajna lill-koppji prinċipali fi staġuni oħrajn.
Infatti, f’dan l-istaġun kien hemm żewġ żwiġijiet fil-familha Bridgerton. Dan hekk kif Francesca ltaqgħet ma’ John u propju fl-aħħar episodju tat-tielet staġun iżżewġu u flimkien ma’ Eloise, marru jgħixu fl-Iskozja. Rajna wkoll l-attenzjoni ddur fuq Benedict diversi drabi, hekk kif dan beda jesperimenta f’relazzjoni bejn tliet persuni…li ħawditu xi ftit, tant li meta Tilley qaltlu li hi tixtieq li hu jkun tagħha biss, hu wieġeb li l-fażi ta’ ħajja li jinsab fiha bħalissa ġġiegħelu jħoss il-bżonn li jesperimenta. Dan wassal għat-tmiem tar-relazzjoni tagħhom it-tnejn.
Il-mod kif l-attenzjoni ta’ dan l-istaġun inqasmet bejn il-karattri prinċipali, kif ukoll l-istejjer ta’ imħabba ta’ Benedict u Francesca, wieħed jassumi li l-istaġun li jmiss se jirrakkonta l-istorja ta’ xi ħadd minnhom. Li kieku t-tielet staġun segwa l-istess sekwenza tal-kotba, mela l-istorja prinċipali kellha tkun dik ta’ Benedict…iżda din ġiet postiċipata biex minflok tingħad l-istorja ta’ Colin u Penelope.
Taħsbu li se nkunu qed naraw kif tiżvolġi l-istorja ta’ Benedict fl-istaġun li jmiss, jew Francesca se jirnexxielha tikkonkwista l-attenzjoni tal-produtturi u tal-pubbliku?
Caption: Intom spiċċajtuh it-tielet staġun ta’ Bridgerton? Għidulna x’taħsbu dwaru fil-kummenti!