5 plejers tal-futbol li ħa jilagħbu fil-Euro għall-aħħar darba

 5 plejers tal-futbol li ħa jilagħbu fil-Euro għall-aħħar darba

Għal kull bidu, hemm tmiem. Tul din l-edizzjoni tal-Euro se nkunu qed naraw uħud mit-timijiet nazzjonali jsellmu xi plejers li se jkunu qed jieħdu sehem f’din il-kompetizzjoni għall-aħħar darba.

 

Toni Kroos:

Nibdew bi plejer li qed jilgħab mat-tim li qed jospita il-Euro ta’ din is-sena, il-Ġermanja. Kroos, li kien jilgħab bħala midfielder ċentrali mar-Real Madrid, ħabbar li se jirtira mill-karriera tal-futbol f’Mejju li għadda. Minkejja dan, ideċċieda li xorta jkun parti mil-iskwadra Ġermaniża sabiex ikollu l-aħħar ċans jakkwista tazza oħra man-nazzjonal. Tul il-karriera internazzjonali tiegħu, Kroos rebaħ il-World Cup fl-2014 wara rebħa ta’ 1-0 kontra l-Arġentina.

 

Manuel Neuer:

Plejer ieħor Ġermaniż li kien parti mill-iskwadra ta’ Kroos kemm man-nazzjonal kif ukoll mat-tim Ġermaniż Bayern Munich. Manuel Neuer huwa meqjus bħala l-goalkeeper ewlieni tal-Ġermanja, iżda wara sensiela ta’ logħob internazzjonali li ma setax jieħu sehem minħabba li kien imweġġa’, ħafna segwaċi tal-futbol jaħsbu li Neuer riesaq lejn it-tmiem tal-karriera tiegħu u li din l-edizzjoni tal-Euros se tkun l-aħħar waħda għal dan il-plejer. Neuer rebaħ żewġ tazzi internazzjonali; il-Euro Under 21 fl-2009 u l-World Cup fl-2014.

 

Olivier Giroud:

Giroud ikkonferma f’Mejju li għadda li se jkun qed jirtira mill-karriera internazzjonali tiegħu wara l-kampjonat tal-Euro ta’ din is-sena. Minkejja dan, se jkompli jilgħab futbol professjonali ma’ Los Angeles FC, wara li telaq minn mat-tim tal-AC Milan dis-sena. Tul it-13-il sena mat-tim nazzjonali Franciż, Giroud rebaħ World Cup fl-2018 u UEFA Nations League fl-2021.

 

Luka Modric:

Modric, midfielder ċentrali għall-Kroazja, qed jieħu sehem fil-Euros għall-ħames darba tul il-karriera professjonali tiegħu. Minkejja li għalaq 38 sena, il-Kroat għadu jikkommetti ruħu biex jilgħab professjonalment hekk kif iffirma kuntratt ta’ sena oħra mat-tim tar-Real Madrid. Xorta huwa ikkunsidrat li din l-edizzjoni tal-Euro se tkun l-aħħar għall-midfielder veteran. Avolja qatt ma rebaħ tazza internazzjonali, Modric jibqa’ jissemma’ bħala parti mit-tim Kroat li wasal sal-Finali tal-World Cup tal-2018, kisba kbira għat-tim peress li għelbu l-aspettativi ta’ ħafna esperti u segwaċi tal-futbol.

 

Cristiano Ronaldo:

Ronaldo, attakkant ċentrali għan-nazzjonal Portugiż, qal li jaf li m’għadx fadallu ħafna snin jilgħab futbol professjonali. Tal-eta’ ta’ 39 sena, huwa ċans kbir li din l-edizzjoni tal-Euro ħa tkun tal-aħħar għall-Portugiż. Ronaldo se jkun qed jikser rekord ġdid billi jkun qed jieħu sehem f’din il-kompetizzjoni għas-sitt darba tul il-karriera tiegħu. Mat-tim nazzjonali, fost ħafna rekords li kiser, Ronaldo rebaħ żewġ tazzi; Il-Euro fl-2016 u l-UEFA Nations League fl-2019.

Social Media Auto Publish Powered By : XYZScripts.com